| February 17, 2010 1:00 pm | to | April 29, 2010 10:00 am |
Il-Kunsill Skolastiku se jorganizza kors tal-aerobics għall-ġenituri u ħbieb. Il-Kors jikkonsisti f’għaxar sessjonijiet ta’ siegħa l-waħda. Qabel ma jibda l-kors se jkun hemm taħdita min-Nutritionist.
Dan huwa l-programm sħiħ:
17 ta’ Frar Taħdita 13:00 – 14:00
18 ta’ Frar l-ewwel sessjoni 09:00 – 10:00
25 ta’ Frar it-tieni sessjoni 09:00 – 10:00
4 ta’ Marzu it-tielet sessjoni 13:00 – 14:00
11 ta’ Marzu ir-raba’ sessjoni 13:00 – 14:00
18 ta’ Marzu il-ħames sesjoni 09:00 – 10:00
25 ta’ Marzu is-sitt sessjoni 09:00 – 10:00
8 ta’ April is-seba’ sessjoni 09:00 – 10:00
15 ta’ April it-tmien sessjoni 09:00 – 10:00
22 ta’ April id-disa’ sessjoni 13:00 – 14:00
29 ta’ April l-aħħar sessjoni 09:00 -10:00
Kull min Jattendi jrid iġgib miegħu:
# tapit ckejken
# xugaman
# tracksuit u jogging shoes
# ilma
Biex tieħdu l-akbar benefiċċju mill-kors, importanti li tattendu s-sessjonijiet kollha.
Il-ħlas huwa ta’ EUR 2.50.
